Iż-żewġ Ministeri, għat-Trasport u għal Għawdex, ħabbru li għal nhar il-Ġimgħa, fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Ewropea għall-Mobilità, it-trasport pubbliku ser ikun kollu kemm hu b’xejn.

Dawn iż-żewġ Ministeri ħarġu stqarrija fejn qalu li l-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li n-nies ikunu mħeġġa jagħmlu użu mit-trasport pubbliku u b’hekk inkunu qed ngħinu minħabba l-problema tat-tibdil fil-klima.

Għalhekk tajjeb li jekk nhar il-Ġimgħa se tkun Għawdex tivjagga minn post għall-ieħor permezz tat-trasport pubbliku. B’hekk tkun qed tivjaġġa mingħajr ħlas u tkun ta’ għajnuna għal problema li qed tħabbat wiċċha magħha d-dinja kollha.  


Henzley  Bezzina