Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Christa Cilia qasmet mas-segwaċi tagħha kitba dwar Gorġ, kelb li riċentament salvat u issa qed ifittex id-dar dejjiema tiegħu.
Bdiet billi qalet, “Ġorġ huwa kelb sabiħ ta’ sena, taħlita ta’ Pharaoh Hound, li għadni kemm salvajt. Minkejja li nstab fit-triq, Ġorġ huwa ħelu immens, fiduċjuż u mimli mħabba. Huwa diġà żar lill-veterinarju, jinsab f’saħħtu, u ħa l-vaċċin tiegħu.”
Żiedet, “Dan il-ġeru issa lest biex isib id-dar dejjiema tiegħu – post fejn jista’ jkun parti minn familja li tħobbu. Ġorġ huwa enerġetiku, jħobb jilgħab, u jmur tajjeb ma’ klieb oħra. Imur tajjeb ħafna ma’ xi ħadd li jista’ jagħtih l-attenzjoni meħtieġa, jieħu ħsiebu, u li jtih ċans jgħix ħajja sabiħa.”
Qalet ukoll, “Jekk qed tfittex ħabib leali u mimli enerġija, Ġorġ jista’ jkun l-għażla perfetta għalik. Jekk int interessat li tadottah, ikkuntattjana. Jekk ma tistax taddottah, jekk jogħġbok ixxerja din il-messaġġa biex ngħinu lil Ġorġ isib il-familja dejjiema tiegħu.”