Ix-xhur ta’ Mejju u Ġunju huma sinonimi mal-eżamijiet għall-istudenti. Huma żminijiet diffiċli ħafna fejn jibda jinġema’ ħafna stress, ansjetà, u tensjoni, kemm għal dawk li jagħmlu l-eżamijiet, kif ukoll dawk ta’ madwarhom.

Lelio Spiteri li huwa surmast ġo skola fir-Rabat, Għawdex, qasam ħsibijietu fuq is-sistema edukattiva ta’ Malta fuq Facebook. Il-punt li jiddomina l-argument tiegħu kien dwar l-eżamijiet għat-tfal żgħar: “Jekk nippriedkaw li l-istudenti huma differenti, kif tingħata l-istess karta lil kulħadd? Il-mentalità ta' 'one size fits all' għadha tiddomina l-aġenda. Nippriedkaw mod u jsir mod ieħor. Is-sistema edukattiva ta' pajjiżna għandha ħafna punti tajbin u pożittivi. Għamilna passi ta' ġgant 'il quddiem. Imbagħad qed niżolqu fin-niexef meta qed nesponu lil uliedna għall-eżamijiet sa mill-year 4. Nibqa' nsostni b'qawwa li fil-primarja, l-eżamijiet mhux posthom.”

Huwa ġab eżempju bi żmien il-pandemija, fejn ma sarux eżamijiet iżda t-tfal xorta avvanzaw fit-tagħlim tagħhom “mingħajr tensjoni u kummiedji”

Aqra l-post sħiħa hawn taħt:


Nicole Zammit