Wasal żmien il-Milied u d-djar Maltin u Għawdxin tista’ tgħid fil-maġġoranza tagħhom diġa’ libsu l-libsa dekorattiva ta’ dan iż-żmien. Hemm ħafna tentuf li huma marbutin ma’ tradizzjonijiet lokali fosthom dik tal-ġulbiena.

Sfortunatament ma tantx teżisti informazzjoni dwar meta bdiet din id-drawwa għalkemm spiss kien hemm refernzi għaliha f’kitbiet minn storiċi tal-passat. Jidher li din kienet titkabbar mill-bdiewa biex tingħata bħala ikel lill-bhejjem anke minħabba l-fatt li ma kienx ikollhom flus biżżejjed biex jixtru ikel ieħor għall-annimali tagħhom.

Jidher li mbagħad, il-ġulbiena ġiet innotata għall-bjuda sabiħa u pura tagħha u tfajjel ċkejken talab ftit minnha lil missieru biex ipoġġieha madwar Ġesù Bambin. Lit-tfajjel iggustawh u l-kelma ġriet tant li bdew jimitawh. Il-Familji Maltin, kemm fqar u dawk sinjuri bdew jagħmlu bħalu tant li saħansitra daħlet fil-kalendarju ta’ kull sena f’dan iż-żmien.

Iżda din kienet tinżera’ f’jum Santa Katarina jiġifieri fil-25 ta’ Novembru. Jekk għadek ma żrajthiex mela ħaffef ħalli tikbirlek sabiħa. Inti żrajtha tiegħek?


Clifford Galea