Skont l-aktar rapporti riċenti,  il-mara Amerikana li ltaqgħet ma’ intopp fit-tqala u xtaqet tagħmel abort, issa ser tivvjaġġa lejn Spanja sabiex tieħu l-azzjoni meħtieġa għal saħħitha.   

Illum, waqt l-omelija fil-quddiesa tal-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista, l-Ariċsqof Charles Scicluna għamel diskors li indirizza din is-sitwazzjoni li qajmet ħafna diskussjoni u kontroversji. Filwaqt li awgura lil dawk il-koppji li qegħdin jistennew tarbija, talab għal dawk li matul it-tqala jista’ jkun jiltaqgħu ma’ xi ostakli, sabiex it-tobba jagħtu importanza lis-saħħa kemm tat-tarbija kif ukoll ta’ ommha.

Barra minn hekk jinsisti dwar il fatt li, “Jekk ma tistax issalva t-tarbija, l-ebda liġi ma tgħidlek li l-omm tħalliha tmut; lanqas il-liġi ta’ Malta” u saħaq li biex insalvaw l-omm, m’hemmx għalfejn indaħħlu l-abort.   

L-Arċisqof jindirizza wkoll l-idea li għandna nħarsu kull ħlejqa mit-tnissil tagħha, u għall-ebda raġuni ma narmu jew niskartaw dak li għandu xi imperfezzjoni, għaliex “Alla ma jiskarta lil ħadd.”

Diskors interessanti.  X’taħsbu?


Marija Bellia