Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal lil Times of Malta li aġġornament dwar jekk il-bars humiex ser jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom nhar it-Tnejn se jsir “sa tmiem il-ġimgħa”. 

Il-bars ilhom magħluqa minn Ottubru bħala parti mill-isforz biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-Covid-19. Għalkemm oriġinarjament kellhom jinfetħu fl-1 ta’ Diċembru, il-gvern ilu jestendi l-ftuħ kull xahar minn dakinhar.

Jekk ma jiġix estiż l-għeluq tal-bars, dawn ikunu jistgħu jiftħu min-nhar it-Tnejn. 

Il-Ministru Bartolo qal ukoll li l-awtoritajiet se jkomplu jgħinu finanzjarjament lill-bars: “Sadanittant, in-negozji milquta minn miżuri restrittivi se jkomplu jirċievu l-appoġġ meħtieġ. Il-Gvern se jħabbar id-deċiżjonijiet dalwaqt.”

Taħseb li għandhom jerġgħu jiftħu l-bars jew le? Iktbilna fil-kummenti. 

Facebook/The Argyle


Nicole Barbara