Id-DPM u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne spjega sensiela ta’ persuni li jistgħu ikunu eżentati mill-iskema tal-booster.

Dawn jinkludu:

Dawk li kienu barra minn Malta u li ma kellhomx il-booster se jkollhom perjodu ta' eżentazzjoni sal-1 ta’ Frar;
Staff li jaħdimx fuq barra u li jaħdem fl-istabbilimenti iżda ma jiltaqax mal-klijenti;
Dawk li għandhom bejn it-12 u t-18-il sena, li bħalissa mhumiex eliġibbli għall-booster mhux se jkollhom bżonn juru ċ-ċertifikat tal-booster;
Taħt it-12-il sena se jkunu kompletament eżentati;
Ommijiet li huma tqal fl-ewwel tliet xhur tagħhom;
Dawk li rriżultaw pożittivi fl-aħħar ġimgħat u qed jistennew li jieħdu d-doża tal-booster;
Kull min kellu reazzjoni għall-vaċċin u għandu ċertifikat mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika

Mit-Tnejn 17, nies imlaqqma kompletament se jkunu jistgħu jidħlu ristoranti, kafetteriji, gyms u postijiet pubbliċi oħra. Iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jkun validu wkoll għal tliet xhur biss mit-tieni tilqima jew disa' xhur mill-booster, b'eżenzjonijiet għal nies li reċentement irkupraw minn Covid-19 u ma setgħux jieħdu t-tielet tilqima.


Kyle Zarb