Maria La Barokka apparti t-talenti tagħha fil-kant, fil-ġurnaliżmu u fix-xandir, għandha kwalità li tant tispira nies li jsegwuha. Dik li tħoss għall-proxxmu u meta tarah fil-bżonn, tara kif tgħinu b'kull mod possibbli, anke b'appell fuq il-midja soċjali.

Maria tkellmet mill-viċin ma' omm Maleck, student Malti li wasal għal fażi importanti fl-edukazzjoni tiegħu, dik tal-post-sekondarja. Maleck qed jipprepara biex jidħol fil-Junior College, iżda hemm bżonn tal-għajnuna tal-pubbliku.

"Omm Maleck, qed tfittex bi ħlas, personal assistant, jew LSE biex Maleck ikun jista' jattendi bħal kull student il-Junior College minn Ottubru li ġej. Dan il-personal assistant irid jassisti lil Maleck u se jkun imħallas. Jekk jogħġobkom ferrxu l-kelma, ħalli Maleck jieħu edukazzjoni kif mistħoqqa wara li rnexxielu jikseb il-kwalifiċi kollha għall-Junior College."

Ejjew nissieħbu ma' Maria u nxerrdu l-appell aħna wkoll! Tistgħu tagħmlu kuntatt HAWN jekk tistgħu tgħinu. Awguri mill-qalb Maleck!


Kyle Zarb