Parir importanti mit-tabib Frank Portelli, parir li jwassal il-messaġġ biex dawk kollha li jista' jkun għandhom it-tfal ma jifilħux ma jibagħtuhomx skola iżda jkellmu lit-tabib tagħhom speċjalment jekk is-sintomi jinkludu t-temperatura mhux kemm suppost u raxx fil-griżmejn.

Ovvjament, meta t-tfal ikunu morda hemm ċans li l-mard aktar jinfirex u b'hekk hija importanti mmens li wieħed joqgħod ferm attent, għax faċilment li jispiċċa dak li jkun imarrad tfal oħra fil-klassi. Barra t-tfal jistgħu wkoll jimirdu l-għalliema u l-konsegwenzi jkompli jikbru.

Jidher li l-bacteria bl-isem ta' Strep A reġat tinsab fostna. It-tabib Portelli jgħid li l-infermiera fl-iskejjel għandhom rwol vitali sabiex jieħdu ħsieb biex din il-bacteria ma tinfirx għax ovvjament iktar ma tinduna li wieħed għandu dawn is-sintomi, iktar twaqqaf it-tifrix.

Facebook / Frank Portelli


Emil Calleja Bayliss