Janice Darmanin fuq il-paġna tagħha ‘kelma ta’ ġid Janice’ spiss tikteb kelmtejn ta’ ispirazzjoni biex tgħin lil kull min ikun għaddej minn żminijiet ta’ inċertezza. Illum hi kitbet dwar il-paċi.

Hi spjegat, “Jekk il-prezz huwa l-paċi tiegħek, huwa għoli wisq! Mhux kollox jistħoqqlu l-enerġija tiegħek. Xi kultant, l-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel hi li ma tagħtihiex importanza. Ipproteġi l-paċi tiegħek billi tagħżel dak li vera huwa importanti u tinsa dak li mhuwiex importanti. Iffoka fejn hemm bżonn, iddeċiedi x’inhuma l-limiti tiegħek, u ara kemm tħossok iżjed ħielsa.”

Dan huwa parir li importanti nikkunsidraw għaliex jgħin kull persuna tiddeċiedi fejn għandha tiffoka l-iżjed, u tagħti inqas importanza lil dak kollu li ma jġibx miegħu l-paċi.

Instagram / @by_kelma.ta.gid_janice


Gabriella Borg