Fil-programm Come Dine With Me, normalment il-kontestanti jikkritikaw il-ħiliet ta’ xulxin fil-kċina, iżda xi drabi jikkritikaw ukoll affarijiet oħra. Eżempju ta’ dan huwa l-kumment li għaddiet Marie dwar Damian fejn kien liebes jeans imqatta’ iżda dan ma għoġobiex wisq lil Marie, li meta ma jkunux jisimgħuha l-kontestanti l-oħra, verament tgħidha kif tħossha!
Infatti hi qalet, “Jekk għandna jeans imqatta’ noqgħodu naħslu l-art bih id-dar mhux nilbsuh u noħorġu bih” fejn Eileen Montesin żiedet tgħid li dak huwa moda u anka hi għandha wieħed!
Kulħadd bl-opinjoni tiegħu u kif jgħid il-Malti, “l-baqra kollha tinbiegħ”!