Dr. Nicholas Briffa spiss jaqsam kelmtejn ta’ kuraġġ mas-segwaċi tiegħu fuq il-midja soċjali u din id-darba kien imiss li jwassal dan il-messaġġ billi jħares lejn l-atleti tal-logħob paralimpiku. Hu qasam  bosta ritratti ta’ atleta partikolari li m'għandhiex idejn iżda xorta waħda kienet qed timmira l-vleġġa b’saqajha minflok.

Hu kiteb, “Meta jkollok qalbek maqtugħa, meta taħseb li ma tistax tasal, meta kollox jidher ikbar minnek, meta temmen bis-sħiħ li m’għandekx il-mezzi biex tasal, ħares lejn dawn ir-ritratti u għid lilek innifsek li inti kapaċi tasal u li xejn m’hu impossibli jekk verament trid xi ħaġa. Dan kollu minkejja l-kuntrarju kollu tal-ħajja. Jekk għandek ħolma, taqtax qalbek. Iġġibx skużi! Tfalli? B’daqshekk! Ejja! Prova!”

Il-logħob paralimpiku żgur huwa sors ta’ ispirazzjoni għal bosta għaliex minkejja kollox, dawn l-atleti xorta sabu mezzi oħra kif jikkompetu u jġibu riżultati eċċellenti.

Facebook / Nicholas Briffa


Gabriella Borg