Jekk għaddej bl-eżamijiet u tixtieq li jkollok ftit enerġija, jew qed taħdem tard u trid tibqa' mqajjem ara x'tagħmel u evita' milli tixtri dan il-prodott. Għadu kemm inħareġ avviż mid-Direttorat għas-saħħa ambjentali sabiex il-konsumaturi għandhom ma jikkonsmawx il-prodott Energy Drink, Monster Lewis Hamilton. La li xtrajt issa u lanqas tal-bieraħ, id-dati kollha! 

Dan minħabba l-possibbiltà ta’ livell għoli tal-additiv propylene glycol (E1520). Jekk għandek bżonn informazzjoni tista ċċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt


Anthony Baldacchino