L-attur Jean Pierre Cassar ħa jkun qed jirritorna fuq l-iskrin tat-televixin lokali fuq is-sensiela Elf Metodu li ħa tkun qed tixxandar fuq ONE TV. Il-ġeneru ta' din is-serje hu kummiedja sewda, xi ħaġa ġdida għat-televiżjoni lokali.
Ritratt: Facebook / Elf Metodu
Serje ta' tlettax-il episodju ta' kif teħles mir-raġel! Ijja sew qrajtu... u wieħed mill-karattri ħa jkun Jo, interpretat minn Jean Pierre Cassar. Fuq il-midja soċjali tiegħu l-attur żvela ftit dettalji dwar dan il-karattru li ħa jkun qed jinterpreta.
Ritratt: Instagram / Jean Pierre Cassar
Hu qal: "L-iffilmjar tas-serje l-ġdida issa jinsab fl-aqwa tiegħu! Qed nieħu gost bil-kast inkredibbli u l-krew ta' Elf Metodu. Jiena tant kburi u kuntent li se nkun qed ninterpreta karattru omosesswali fuq it-TV. Xi ħaġa li qatt ma għamilt qabel."
Ritratt: Facebook / Elf Metodu
Minn hawn nawguraw lil Jean Pierre f'din l-avvenutra l-ġdida flimkien tat-tim kollu ta' Elf Metodu, ċertament li ħafna ħa jkunu qed isegwu bil-ħerqa.
Instagram / Jean Pierre Cassar