Huma ħafna dawk il-kollegi fuq il-post tax-xogħol li jmorru jieklu xi ħaġa flimkien waqt il-brejk jew bħala ħarġa. Illum żgur li ħafna nies ħadu l-opportunità u marru jieklu xi ħaġa f’xi ristorant jew kafetterija.
It-tliet preżentaturi ta’ The Morning Vibe, JD, Abel u Martina, llum żaru ristorant flimkien wara li minjaf kemm kienu ilhom jistennew biex joħorġu ħarġa u jgawdu l-ħbiberija ta’ xulxin b’dan il-mod.
Il-paġna ta’ The Morning Vibe bagħtu wkoll l-awgurju tagħhom lejn in-negozji li llum reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, wara li dawn kienu ilhom żmien magħluqin minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija.
Facebook / The Morning Vibe