Il-karattru ta' Adam żgur li tafuh sew mis-serje Ħbieb u Għedewwa. Clayton Pace, l-attur wara dan il-karattru ħalla messaġġ mill-isbaħ, "Bħal kollox fil-ħajja, kull bidu għandu t-tmiem tiegħu...u jasal ukoll fi tmiemu l-karattru ta' Adam fis-serje Ħbieb u Għedewwa. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lir-Rewind Productions talli għoġobhom jafdawli karattru ieħor, u aktar minn hekk li afdawli x-xogħol tad-direzzjoni f'uħud mix-xeni f'dan l-istess serje."
Clayton ikompli jgħid, "Grazzi wkoll lilkom l-udjenza li dejjem kontu hemm biex taddulna l-kummenti sbieħ tagħkom, kummenti li kienu ta' motivazzjoni għalina. Jiddispjaċini li wħud mit-telespettaturi ma setgħux isegwu l-aħħar episodji ta' Ħbieb u Għedewwa wara li dan beda jixxandar fuq stazzjon ieħor.
M'għandix dubju li l-produzzjoni ħadet l-ahjar deċizzjoni li setat tieħu fil-mument." Hu jkompli jgħid, "Ma nistax inħalli barra lil sħabi l-atturi. Minn hawn ngħidilkom grazzi tal-mumenti sbieħ li għaddejna flimkien. Magħhom inżid in-nies kollha ta' wara l-camera, li minn żmien għall-ieħor tispiċċa qisek familja waħda.
Hu jagħlaq billi jinkina ftit, "Minn naħa tiegħi terġgħu tarawni minn Ottubru li ġej bi proġett ieħor. Sadanittant, saħħa!"