Għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween din is-sena għandna idea differenti għalik! Għall-Halloween 2021 se jkollok jistennik avveniment speċjali u kemxejn eċitanti. Il-pubbliku hu mistieden għall-ewwel edizzjoni minn Halloween in Malta li ħa jtellgħu avveniment bl-isem ta’ Haunted Dungeons in the City, li se jsir fil-Belt Valletta.
Esperjenza għall-familja kollha li ma tensiex, mimlija attivitajiet varjati li għandhom mnejn iqajmulek ġismek xewk xewk! F’dan l-avveniment dawk li jattendu ser jesperjenzaw atmosfera tal-Halloween kif għandha tkun, kif ukoll jiskopru xi dettalji storiċi tal-belt kapitali.
Id-dati huma bejn il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru u t-Tlieta 2 ta’ Novembru f’wieħed mill-bini antik fil-Belt Valletta li jinsab eżatt ħdejn il-Pjazza Jean de Vallette. Kollox jinsab lest biex jilqa’ lill-pubbliku għal esperjenza indimentikabbli u li se żżommok ħerqan biex dejjem tiksopri aktar tul dan il-vjaġġ speċjali!
Dan l-avveniment qed jiġi organizzat flimkien mal-linji gwida tal-Covid-19 maħruġin mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Dawk li ħa jibbukkjaw il-biljetti onlajn, se jintalbu wkoll jikkonfermaw li għandhom Ċertifikat validu tat-Tilqim kontra l-Covid-19. It-temperatura ser tiġi ċċekkjata mad-dħul u ċ-ċertifikat tal-vaċċin validu jeħtieġ li jiġi ppreżentat flimkien ma' Dokument ta’ Identifikazzjoni (ID Card).
Dawk preżenti li għandhom minn 12-il sena 'l fuq jeħtieġ li jkollhom Ċertifikat validu tat-Tilqim tal-Covid-19. It-tfal taħt it-12-il sena jistgħu jattendu mingħajr Test tal-PCR iżda jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn ġenitur / kustodju mlaqqam.
X'qed tistenna? Idħol HAWN biex taqta' l-biljett/i tiegħek, u tinsiex tagħfas LIKE fuq il-paġna uffiċjali HAWN biex tidħol fiċ-ċans li tirbaħ ERBA' biljetti!