Champion fid-dinja tal-boxing Messikan Canelo Alvarez hedded b’mod sensazzjonali lill-plejer tal-futbol Arġentin Lionel Messi talli milli jidher ma jirrispettax il-bandiera ta’ pajjiżu, il-Messiku.

Messi skorja għall-Arġentina fir-rebħa vitali ta’ 2-0 kontra l-Messiku nhar il-Ħadd waqt it-Tazza tad-Dinja. Dak li ġara waqt li ċċelebraw fil-kamra tagħho kienet xi ħaġa li tant irrabjat lil Alvarez.

Ittella' anke filmat li juri lil Messi wara l-logħba jidher jixxuttja flokk tat-tim tal-Messiku, waqt li qed jinża’ ż-żarbun. Mossa li qanqlet rabja kbira f'Canelo Alvarez fejn spiċċa anke kiteb fuq Twitter dwar dan.

Fost il-kliem li qal, jidher li hedded lill-plejer Arġentinjan, "Jaqbillu jitlob li ma nsibux" Il-midja soċjali ntliet b'posts relatati ma' dan. Xi wħud kritikaw bil-kbir lil Messi, mentri oħrajn iħossu li dak li għamel il-plejer kien inċidentali u bla ebda skop ħażin.


Kyle Zarb