Kif irrapurtajna lbieraħ, Ira u Sean iċċelebraw żewġ affarijiet f’daqqa, 5 snin ta’ għerusija, u 3 snin mit-twelid ta’ binhom Harry…iżda tgħid kellhom it-tielet raġuni għalfejn jiċċelebraw?
F’ritratt li ttella’ fuq Facebook waqt il-provi tal-kunċert ta’ Joseph Calleja, jidher ċar li s-saba' fejn suppost jintlibes iċ-ċurkett tat-tieġ, mhux vojt! B’hekk titqajjem il-mistoqsija: Sean ppropona lil Ira?
Xahar ilu l-familja Losco ċċelebraw it-tieġ ta’ Lisa, oħt Ira. Tgħid dalwaqt jiċċelebraw tieġ ieħor?
Illejla Ira ser tkun qiegħda taqsam il-palk mat-tenur Malti Joseph Calleja waqt il-kunċert annwali tiegħu fuq il-fosos tal-Furjana.
Instagram: @iralosco
Jekk Ira u Sean hux ser jiżżewġu, fiċ-ċert ma nafux, iżda kif jgħidu, ritratt jiswa elf kelma. Taħsbu li l-koppja ser jieħdu r-relazzjoni tagħhom fil-pass li jmiss?
Facebook / @nngpromotions