Il-mara ta' Janvil, Nadine Vella għadha kif xeħtet ritratt ta' bukkett fjuri mill-isbaħ li rċeviet f'għeluq l-għoxrin anniversarju minn meta l-koppja qalu s-signor si. "Irċevejt dawn il-fjuri sbieħ għall-għoxrin anniversarju taż-żwieġ tagħna. Grazzi lil raġel prezzjuż tiegħi u t-tfal."

Ritratt: Facebook / Nadine Vella

Ian jew kif ħafna jafuh aħjar, Janvil kiteb, "għamiltni persuna aħjar billi tħobbni għal min jien, grazzi talli qiegħda dejjem hemm għalija". Kliem mill-isbaħ lil martu f'dan il-jum li qed ifakkru għoxrin sena mill-ġurnata speċjali tagħhom. 

Ritratt: Facebook / Nadine Vella

Aħna f'isem Gwida.mt nifirħu lil kantant u preżentatur lokali Janvil u lil mara tiegħu f'dan l-anniversarju speċjali għal koppja. Ċertament li l-isbaħ rigal li l-koppja setgħu jirċievu huma t-tfal tagħhom Jade u Craig, li jidher li t-tnejn li huma ħadu t-talent ta' missierhom.

Ritratt: Facebook / Nadine Vella

Aħna nawgurawlhom għal ħafna aktar snin ta' kuntentizza flimkien u wkoll suċċessi fil-ħajja tagħhom. Awguri mill-qalb!

Facebook / Nadine Vella


Emil Calleja Bayliss