Il-preżentatur James Xuereb li kif ħafna jafu hu midħla sew fl-ilbiesi tat-tiġijiet kien fuq il-programm tas-Sibt flgħaxija The Entertainers jiddiskuti t-tieġ Malti! Hu spiċċa b'rakkont li għal ħafna għarajjes, kieku dan iseħħ ikun biss ħolma kerha.

Meta mistoqsi minn Janvil dwar xi sitwazzjoni li ma tantx ħa gost biha, hu semma' episodju fejn spiċċa tela' fuq l-artal hu. Dan minħabba li darba minnhom waqt li l-għarusa kienet dieħla l-knisja, il-velu ma kienx imwaħħal sew u spiċċa biex waqagħlha.

James ikompli jgħid li hi telgħat fuq l-artal mingħajru u ma felaħx, mill-aħħar bank tal-knisja spiċċa fuq l-artal u reġa' weħħilulha mill-ġdid. Hu spjega li l-għarusa kienet nefqet ħafna flus u ovvjament ma tantx ħa gost b'dak li ġara. 


Emil Calleja Bayliss