Kultant il-ħajja tippreżentalek sfida quddiemek, il-mod ta' kif tħares lejn din l-isfida u tiġġildilha juri l-karattru sod li għandek. Jake Vella hu eżempju ċar ta' dan. Aktar kmieni llum, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, ħabbret li tliet entitajiet li jaqgħu taħtha ngħaqdu flimkien biex jagħtu rigal lil Jake.
Fuq il-mezzi soċjali hi kitbet, "Għażiż Jake Vella. Ftakar li nħobbuk b'imħabba tal-ġenn. Din familja li għallmitni ħafna. Il-kelma imħabba u li quddiem kull problema li toffri l-ħajja nissiltulha b'pożittività. Kburija li tliet entitajiet li jaqgħu taħti ngħaqdu flimkien biex nagħmlu stair lift għal Jake biex ikompli għaddej bil-ħajja normali u joħroġ mid-dar aktar spiss. Grazzi Mediterranean Conference Centre, Institute Of Tourism Studies - ITS u Malta Freeport.
Ġest mill-isbaħ sabiex dan il-ġuvni żgħir ikompli għaddej bil-ħajja tiegħu ta' kuljum. Prosit minn qalbna ta' din l-inzijattiva mill-isbaħ! It-tbissima ta' Jake tixhed il-kuntentizza tiegħu b'din l-aħbar!