Illejla ser ikun hemm l-aħħar rappreżentazzjoni tal-ispettaklu mfassal fuq xogħol Freddie Portelli, show extra li qed jittella’ wara li saret ċara li l-fillieri kollha qed jimtlew sa ruħ ommhom. Għaldaqstant, bilqiegħda fil-filliera ta’ waħda mill-prestazzjonijiet kien hemm individwu partikolari – u ma damx ma ġibed l-attenzjoni ta’ ibnu fuq il-palk!
Kevin Borg huwa wieħed mill-atturi ewlenin ġewwa Il-Kbir Għadu Ġej, u ftit jiem ilu ġie jarah missieru Mario jgħaxxaq ir-rwol ta’ Alfred il-Kredu. F’parti minnhom Kevin niżel fost l-udjenza jdur il-fillieri kollha b’xugaman iswed m’għonqu sakemm fl-aħħar wasal sa fejn kien bilqiegħda l-papà tiegħu. Huwa mar fuqu u tah tgħanniqa mill-aktar ħelwin, hekk kif mhux biss ta x-xugaman lilu iżda saħansitra ħabbar lill-bqija tal-udjenza li ġie jarah missieru l-għażiż.
Facebook / Mario Borg
It-tifħir għal Il-Kbir Għadu Ġej diġà ġie u żgur ħa jibqa’ jiġi, però att ħlejju bħal dan żgur ta’ min jifraħ bih ukoll!
Viktor Vella