Ċertament li Jason Zerafa huwa wiċċ familjari fuq it-televiżjoni ta’ bosta Maltin u Għawdxin fejn ħa sehem f’diversi drama u serje lokali!
Propju llum 23 ta’ Mejju, Jason Zerafa li huwa l-moħħ wara s-serje tant maħbuba mill-Maltin Division 7, jagħlaq sninu!
Ħafna jafuh bħala Amir f’din is-serje li żgur li ħafna Għawdxin u Maltin kienu jsegwuha u persważ li ħafna għadhom jiftakru l-eċitament ta’ kull ġimgħa li kienet toħloq din is-serje.
Zerafa kien il-moħħ ukoll wara serje oħra li ġibdet tant attenzjoni forst il-Maltin li kien jisimha Game Over. Riċentament, hu ħabbar ukoll li minn Ottuburu se jkun hemm produzzjoni oħra minn ta’ DBA Entertainment li ġġib l-isem ta’ Jackpot 4! Persważ li se tkun tajba daqs ta’ qabilha!
Awguri mill-qalb u f’isem it-tim ta’ Gwida nittamaw li jkollok ġurnata mill-isbaħ!