Il-paġna ta' Klassi Għalina awgurat l-isbaħ xewqat lil wieħed mill-atturi li jaħdem karattru popolari immens fis-sensiela, Trevor Mizzi. Trevor hu magħruf għall-karattru ta' Terence! Kif tista' tinsieh?

It-tim jiddiskrivi lil Trevor bħala persuna li dejjem jirnexxielu jlissen tbissima fuq dak li jkun, mhux biss bil-karattru ta' Terence! "Awguri kbira tmur għall-inimitibbli, b'karattru pjaċevoli u karismatiku Trevor Mizzi (ir-raġel li jlissen tbissima fuq l-uċuħ tan-nies bil-karattru ta' Terence), mingħand il-kast u l-kru kollu ta' Klassi Għalina!" 

Ixerrdu ritratt ta' Terence waqt waħda mix-xeni tal-produzzjoni ġdida Klassi Għalina VS Dragula. Is-segwaċi awgurawlu l-isbaħ xewqat fil-kummenti wkoll! F'isem Gwida.mt ngħidu Awguri lil Trevor!


Kyle Zarb