Illum huwa jum għeluq snin ir-rebbieħ tat-tieni staġun ta' MasterChef Mata, Nicholas! Ftit ġimgħat ilu rajna lil Nicholas joħroġ rebbieħ ta' dan il-programm li għal darb'oħra seraq l-attenzjoni tat-telespettaturi Maltin u Għawdxin.

"Awguri f'għeluq sninu lir-rebbieħ tagħna tat-tieni staġun, Nicholas! Nittamaw li din is-sena tħossha saħansitra aktar speċjali meta taf li int il-MasterChef tas-sena. Gawdi l-ġurnata tiegħek bis-sħiħ!," jikteb it-tim ta' MasterChef Malta.

Fuq il-paġna uffiċjali għall-okkażjoni t'għeluq sninu, xerrdu ritratt tal-mument meta Nicholas tħabbar bħala r-rebbieħ tat-tieni staġun u għolla t-trofew. Awguri minn qalbna għażiż!

Facebook/ MasterChef Malta


Kyle Zarb