Illum qed jiċċelebra l-ġurnata speċjali tiegħu l-kantant Taljan famuż Eros Ramazzotti, hekk kif għalaq 61 sena. Kantant u kittieb tal-kanzunetti popolari li l-vuċi vibranti tiegħu u l-kanzunetti ta’ mħabba passjonati tiegħu laqtu lill-udjenzi fl-Italja u madwar id-dinja mill-aħħar tas-snin tmenin.

Fl-1981 għamel id-debutt tiegħu fil-kant fil-kompetizzjoni tat-talent New Voices of Castrocaro, fejn iffirma kuntratt ta’ reġistrazzjoni.

Ad un amico, l-ewwel single tiegħu, ħarġet is-sena ta’ wara. Ramazzotti ħa sehem fil-Festival ta’ Sanremo fl-1984 u rebaħ bil-kanzunetta Terra promessa. Fl-aħħar madwar għaxar snin hu nieda kanzunetti bħal Noi (2012) Perfetto (2015) u Vita ce n’è (2018).

Bla dubju tibqa' msemmija l-kanzunetta li kanta flimkien ma' Anastacia, I Belong To You. Ħafna Maltin ċertament li kienu u għadhom iħobbu lil Eros u jsegwuh. Awguri mill-qalb lil Eros!


Kyle Zarb