Jekk għandek xi video tape ta’ Disney mit-tfulija, aħsibha darbtejn qabel titilqu minn idejk. Video tapes klassiċi bħal The Little Mermaid u Aladdin jaf tiġbor mal-€15,000 tagħhom. Bejjiegħ partikolari fuq il-pjattaforma tax-xiri eBay, qiegħed ibigħ set ta’ 10 video tapes għal dan il-prezz… u mhux waħdu, għaliex jidher li hemm aktar persuni li qed jixħtu għall-bejgħ dawn it-tapes mit-tfulija tagħhom.

View this post on Instagram

A post shared by disneydvd (@disney.dream83) on

Però nissuġġerilek ma tgħaġġilx, għaliex mhux kwalunkwe video tape għandu valur daqs kemm taħseb. Biex l-ammont imiss l-eluf, mal-ispina tal-kaxxa jrid ikollu marka sewda forma ta’ djamant. Dan ikun ifisser li l-video tape ikun ħareġ bejn is-snin 1984 u 1993.

Video tapes minn din l-era jinkludu Cinderella, Bambi, Beauty and the Beast, 101 Dalmations u ħafna aktar klassiċi li min jaf kemm żammewna kwieti meta konna tfal.

X’qed tistenna? Mur fittex ftit fil-garaxx jew fil-kamra tal-imbarazz biex issib dak il-video tape favorit ta’ Disney minn meta kont żgħir.

Instagram / @disney.dream83

Facebook / @Joshua Thomason


Luke Borg