F’intervista li Jacqui, Ira u Lisa taw lil Style Magazine ħarġet storja tad-daħk dwar il-familja Losco, storja partikolarment fuq oħt Ira ż-żgħira Jacqui. Hi tirrakonta kif meta kienet żgħira, il-ġenituri tagħha kienu jgħidulha li meta tagħlaq seba’ snin, familja oħra ħa tiġborha u jiħduha tgħix magħhom.
View this post on Instagram
Jacqui tirrakonta li din kienet ċajta imma meta Milied minnhom daqqet il-qanpiena u sabet raġel li qallha li ġie sabiex jiġbor lilha inħasdet! Li ma kinitx taf hu li dak jiġi r-raġel tal-kuġina tagħha, li kien parti minn din iċ-ċajta fuqha! Jacqui tistqarr, “bkejt għal sigħat sħaħ”. Jidher biċ-ċar li l-fatt li kienu jaqbdu ħafna magħha minħabba l-fatt li kienet l-iżgħar membru fil-familja Losco.
View this post on Instagram
Hi tistqarr li ma tgergirx għax kien ikollha ċ-ċans tieħu l-ħwejjeġ li ħutha ma jkunux irridu aktar u probabbli meta Lisa u Ira jkunu magħha, jħossuhom żgħażagħ. Żgur li ħafna aħwa jistgħu jirrelataw ma’ Jacqui!
Instagram / Jacqui Losco