Ir-rapper Cardi B magħrufa li tikxef ftit mhux ħażin fejn jidħol l-ilbies, iżda fl-aħħar manuvra tagħha, kixfet mingħajr ma kien pjanat.

F’kunċert li kienet qed tagħti ġewwa Manchester, waqt waħda mill-kanzunetti, Cardi B kienet liebsa libsa dejqa ħafna magħha, li bi ftit movement żejjed, din il-libsa żżartet tant li ma setatx tkompli bil-prestazzjoni tagħha. Il-kantanta ħalliet il-palk, iżda ma tantx damet ma rritornat. Jidher li ma sabitx x’tilbes f’ħakka t’għajn, u għalhekk tefgħat fuqha l-ewwel ħaġa li sabet…libsa tal-banju!

cardi

Cardi B ma xtaqitx tiddiżappunta lill-ammiraturi tagħha li ħallsu l-flus biex jarawha, għalhekk kompliet bil-prestazzjoni tagħha kemm jista' jkun malajr. U qisu għoġobha x-xogħol għax baqgħet għaddejja bil-kunċert liebsa hekk, saħansitra biddlet din il-libsa tal-banju fi stili differenti matul il-kunċert!

Cardi B saret popolari fuq l-internet fejn kienet tixħet materjal fuq Vine u Instagram, u minn hemmhekk bdiet il-karriera mużikali tagħha fil-ġeneru rap.

Facebook / @pristinenetwork

Getty Images / @Gary Miller


Luke Borg