Il-Grupp MARA żgur li m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni għax persważ li bosta jafuh! Grupp magħmul minn ħames nisa li flimkien irnexxielhom jisirqu l-qlub ta’ bosta nies b’żewġ kanzunetti oriġinali, l-ewwel waħda fil-festival Mużika Mużika u t-tieni waħda fil-festival L-Għanja Tal-Poplu li proprju kisbu t-tielet post biha Ħelu Manna fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella.

Sfortunatament, waħda mill-ħames nisa li jiffurmaw parti minn MARA, ma setgħatx tkun magħhom fuq il-palk fis-serata finali biss f’ktiba tagħhom illum, huma qalu li “Wara li interpretajna "ĦELU MANNA", ċempilnielha u bkejna fuq it-telefown. Erġajna għamilna l-istess wara li klassifikajna  fit-tielet post lejn tmiem is-serata!”

Permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, il-grupp ixxerjaw mas-segwaċi tagħhom il-prestazzjoni tagħhom waqt l-aħħar prova il-ġimgħa filgħaxija fejn qalu “Illum ġimgħa wara, nixtiequ naqsmu magħkom il-filmat li nġibed il-Ġimgħa filgħaxija waqt l-aħħar prova. Normalment, dan jittieħed f'każ li jinqala xi ħaġa waqt ix-xandira diretta, u jintuża wkoll għall-fini ta' recap”.

Intom tistgħu ssegwu din il-prestazzjoni billi tidħlu HAWN.

Facebook / MARA


Charlton Cefai