Fl-aħħar ftit jiem, jidher li ż-żona tal-blat tal-Ġnejna kompliet issir aktar u aktar perikoluża. Il-kunsill lokali tal-Imġarr fakkar lil kulħadd li ż-żona hi waħda perikoluża. Huma kitbu, "Fl-aħħar jiem waqa’ ammont ta’ blat u kif jidher fir-ritratti l-periklu żdied. Il-Kunsill qiegħed jikkomunika mal-entitatijiet ikkonċernati dwar dan sabiex jittieħdu l-passi neċessarji."

Huma jkomplu jgħidu, "Il-Kunsill japprezza jekk issegwu t-tabelli u ħadd ma jidħol f'din il-parti. Grazzi tal-koperazzjoni." Dan hu messaġġ fl-aħħar mill-aħħar biex iħares is-saħħa ta' kull min iżur din iż-żona. Kif tistgħu taraw waqgħu blokok kbar li kieku nserta kien hemm xi ħadd hemm, seta' kellu konsegwenzi fatali.


Emil Calleja Bayliss