Il-Kunsilliera Graziella Galea, bint l-eks membru parlamentari Ċensu Galea, sellmet il-memorja taz-ziju tagħha, li sfortunatament ħalla din id-dinja.

Graziella kitbet li “Għalkemm dil-ġurnata bdiet bħal ħafna oħrajn, sfortunatament inbiddlet għal waħda li ma konniex qegħdin nistennew”. Hija għalqet it-tislima billi rringrazzjat lit-tobba u lin-nurses li għamlu kull ma setgħu biex zijuha Jimmy jibqa’ ħaj.

Insellmu l-memorja tiegħu u nibagħtu l-kondoljanzi lill-familja kollha ta’ Jimmy.

Facebook / Graziella Galea


Henzley  Bezzina