L-Ispeaker Anġlu Farrugia jinsab rikoverat l-Isptar għall-kura. Dan tħabbar fil-Parlament mid-Deputat Speaker David Agius fil-bidu tas-seduta parlamentari ta' nhar it-Tnejn li għadda.

Għaldaqstant, f'appell li għamlet fuq Facebook, Terry Muscat, magħrufa bħala z-Zija TT jew Terry ta' Bormla, talbet lil dawk kollha li jsegwuha biex iżommu lil Farrugia f'talbhom. "Ejjew ħbieb tiegħi ta' Facebook, ingħaqdu miegħek u itolbu għal Anġlu Farrugia, l-Ispeaker, għax bħalissa żgur għandu bżonn it-talb."

Aħna ningħaqdu ma' Terry u ħafna oħrajn u nawguraw fejqan ta' malajr lill-Ispeaker Farrugia.

Facebook / Terry Muscat & Wikipedija


Gwida.mt