Ilbieraħ, f'artiklu li deher fuq il-ġurnal l-Orizzont jidher li Terry ta' Bormla, magħrufa aħjar mal-udjenza tagħna bħala z-Zija TT hi mħajra li toħroġ għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali.

Mal-istess ġurnal, iz-Zija TT qalet li l-Bormliżi dejjem kienu għal qalbha u b'hekk tixtieq li tikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali sabiex tkun tista' tgħin aktar lill-Bormliżi.

Fil-jiem li għaddew, iz-Zija TT marret tagħmel it-tessera fi ħdan il-Partit Laburista wara li ma qablitx mal-vot li ttieħed fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Tajjeb li ngħidu li dejjem kliem ta' tifħir lejn is-Sindku ta' Bormla Alison Zerafa Civelis.

Infatti mal-istess ġurnal hi qalet, "Inħossni kburija ħafna li wara għaxar snin li ili nappoġġja lil Alison, issa se nkun magħha fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Bormla. Alison dehhem għenitni jekk ikun hemm xi bżonn xi ħaġa f'Bormla.

Aħna minn qalbna nawguraw liz-Zija TT l-isbaħ xewqat f'din l-avventura u nittamaw li dak li tixtieq isir reali!


Emil Calleja Bayliss