It-tifla ċkejkna ta' Zecchino d'Oro llum saret tfajla u sena minn meta nediet l-ewwel kanzunetta tagħha, hi tirritorna b'silta oħra. Silta li għal darb'oħra miktubha minn oħtha Jody Magri bi produzzjoni u kompożizzjoni ta' Cyprian Cassar.

Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Enya ssaqsi lis-semmiegħa tal-kanzunetta biex jagħlqu għajnejhom u jimmaġinaw "stampa ta’ lejl sajfi, mixgħewl b’ħafna dawl qawwi." Enya ħadmet fuq vidjo mużikali flimkien ma’ Matthew Muscat Drago li jinkludi diversi extras u props, fil-limiti tal-Mellieħa, ftit 'l fuq mit-Torri l-Aħmar.

Ritratt: Kris Micallef

Wieħed jista' jgawdi minn dan il-ħoss sajfi b'lirika pożittiva. Xi ħaġa li żgur li għandna bżonn tant bħalissa. Summer Lights ħa tkun disponibbli għall-istrimjar u/jew xiri fuq diversi pjattaformi diġitali ewlenin fosthom: Spotify, Deezer, Google Play, Amazon, u iTunes bil-kumpanija CAP-Sounds risponsabbli għad-distribuzzjoni.

Kris Micallef


Emil Calleja Bayliss