Dalgħodu fiż-Żejtun kien hemm il-walk-in clinic, fejn wieħed seta’ jmur jieħu l-vaċċin ta’ kontra l-Covid-19 mingħajr appuntament. Jidher li ħafna nies reġgħu marru sabiex jieħdu din it-tilqima.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għamel kollegament ma’ dan il-clinic fejn faħħar u rringrazzja x-xogħol li qed jagħmlu dawk kollha li qed jagħtu t-tilqim lin-nies. Huwa qal li dawn qed jagħmlu xogħol imprezzabbli li bih jgħinu sabiex il-ħajja tirritorna lura għan-normal.

Waqt dan il-kollegament, il-Ministru Fearne tkellem ukoll ma’ xi nies li marru jieħdu t-tilqima llum fiż-Żejtun u anke rrigrazzjahom talli għamlu dan.

Il-proċess tat-tilqim sewa wkoll ta’ ġid lill-istudenti tad-dentistrija, li dawn kienu wkoll ta’ għajnuna biex jagħtu l-vaċċin lin-nies.


Henzley  Bezzina