Waqt intervista li saritlu l-preżentatur Joseph Chetcuti tkellem dwar is-sehem fil-programm tiegħu Marċi u Bandalori, kif beda għoxrin sena ilu, u l-pjanijiet tiegħu bħala preżentatur fil-futur. Fil-fatt din hi ċelebrazzjoni importanti u unika għalih.

 Il-Programm popolari Marċi u Bandalori li jixxandar kull nhar ta’ Hadd fin-12.30 p.m. bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Joe Chetcuti proprju fil bidu tax xahar t’April tal-2021 daħal fl-20 Sena minn mindu beda jixxandar fuq l-Istazzjon Net FM."

Il-programm jirrelata ħafna miegħu minħabba l-fatt li minn meta kien ċkejken, Joseph minn dejjem kellu ċertu ammirazzjoni u mħabba lejn id-delizzju marbut mal-festi u l-marċi. Partikolarment kien affaxxinat bil-"il-ħoss tal banda u t-tiżjijn tat-toroq u anke l-armar ta’ ġewwa fil Knisja." Joseph isemmi l-kontribut importanti tal-baned fil-festi Maltin u Għawdxin. Waqt l-intervista Joseph jgħid li hemm numru kbir ta' voluntiera li jaħdmu sena sħiħa biex joħolqu atmosfera mużikali mill-isbaħ permezz tad-daqq tal-banda.

gf

 ‘Agħti Rigal Festiv mhux tas Soltu – Agħti id-Demm’ kienet attività li Joseph ma jinsa qatt. Kien propju ġiet organizzata fuq inizjattiva tiegħu stess is-Sibt 5 ta' Diċembru 2020. Din l-istess attivita "kienet ila tberren f’moħħi sabiex norganiżżaħħa u appuntu dina xtaqt illi tkun marbuta ma l-attivitajiet ta’ l-20 sena tal-programm." Il-programm tiegħu Marċi u Bandalori għad fadal x'joffri. Joseph jisħaq li minn dejjem intlaqa' min-nies u s-segwaċi kemm-il darba jikkomunikaw miegħu biex jawgurawlu u jfaħħru dak kollu li joffri. Irċieva diversi ittri, emails, u telefonati mingħand diversi segwaċi.

Ifakkar anke meta wieħed għandu jsegwi l-programm interessanti ferm tiegħu. ‘Marċi u Bandalori’ għadu jixxandar kull nhar ta’ Hadd fin-12.30 p.m. fuq l-Istazzjon Net FM u għandu ripetizzjoni fil-11 p.m. Fl-aħħar tal-intervista, Joseph jirringrazzja lil bosta nies li kienu hemm għalih biex hu wasal s'hawn illum il-ġurnata speċjalment lill-għażiża martu Phyllis u bintu Pauline Marie. Prosit Joseph u nawgurawlek aktar snin ta' spettaklu , saħħa u suċċessi!


Kyle Zarb