L-artisti lokali jkomplu jżommu s-segwaċi tagħhom ħerqana għall-aktar mużika lokali. Kull min għandu għal qalbu t-talent lokali, żgur li jieħu gost jara numru ta' artisti joħorġu l-mużika tagħhom.

Il-mużika tmur lil hinn mill-kompetizzjoni u sabiħ li l-istazzjonijiet tar-radju lokali jdoqqu mużika minn artisti Maltin. Aktar ma jmur, is-sitwazzjoni qed titjieb iżda mhux fuq l-istazzjonijiet kollha u hemm bżonn li aktar stazzjonijiet idoqqu l-prodott Malti. Prodott li hu tagħna fl-aħħar mill-aħħar u b'hekk ikun ta' inċentiv ukoll għall-mużiċisti, kittieba u kantanti lokali li joħorġu materjal ġdid.

Dan ix-xahar kellna diversi artisti li ħarġu l-materjal tagħhom. Hawn għandkom xelta mill-isbaħ li ċertament ħa tinżlilkom għasel.

Azzar - Skald

Backseat - Jillian Jade

Għaliex Jien? - Kersten Graham

H8 That I H8 U - Meghan May

Help Her - Krista Sujak

I Wish You Well - Raquela

My Emergency - Gilbert Gauci

Next To You - Cosette

Pitito Man - ManaTapu

Running in Circles - The New Victorians

Shadows

Supereroj - Sterjotipi

X'Jimpurtani - MARA


Gwida.mt