Dalgħodu għall-ħabta tas-6:30am ġrat splużjoni ġewwa razzett fil-limiti tal-Lunzjata fir-Rabat. Nar qawwi deher li ħa ftit tal-ħin wara. Jidher li weġġgħu diversi annimali inkluż kelb f’din l-isplużjoni.

Il-pulizija marru fuq il-post, flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Explosive Ordnance Disposal Unit u kif ukoll tim mediku. fejn għaddejja operazzjoni ta’ investigazzjoni. L-ewwel suspetti tal-pulizija huma li seta’ kien xi kimika tal-fertlizzant li sploda jew li ħa n-nar  xi logħob tan-nar li kien hemm maħżun.

Diversi annimali oħra għadhom ma nstabux.

sflir

Jonathan Borg/Times of Malta


Gwida.mt