Il-kantant lokali, li riċentament għadu kif tella' kunċert b'risq Puttinu jinsab rikoverat ġewwa l-isptar. Il-kantant ħabbar dan fuq il-profil ta' Facebook tiegħu fejn qal: "għadni kemm għamilt intervent ieħor biex nipprova neħles mill-uġigħ u nerġa' lura fi triqti.

Ivan ħa l-opportunità sabiex jirringrazzja lil kull min bagħatlu xi messaġġ, "grazzi tal-ħsieb u s-sapport tiegħek. Bħas-soltu grazzi kbira u mħabba u apprezzament lit-tobba u l-infermiera u l-istaff kollha hawn ta' MDH. Grazzi lilkom kollha għal dak li tagħmlu għalina."

Jagħlaq il-messaġġ tiegħu billi jirringrazzja lil kulħadd għal imħabba li qed jurih! Aħna f'isem Gwida nawguraw lil Ivan fejqan ta' malajr. Nittamaw li jkun fuq saqajh u b'saħħtu bla dewmien sabiex ikompli jagħmel dak li verament għandu għal qalbu u jgħin nies fil-bżonn.


Emil Calleja Bayliss