Ilbieraħ filgħaxija l-attriċi Simone De Battista gradwat b’diploma fil-ġurnaliżmu! Hija xi ħaġa sabiħa li qed naraw bosta personalitajiet fil-qasam tad-drama li dan l-aħħar marru lura l-università biex ikomplu jistudjaw.

simone
Ritratt: Facebook/Ivan De Battista

Ir-raġel ta’ Simone, Ivan De Battista, kiteb fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu messaġġ sabiħ ħafna. Hu qal: “Kemm jien kburi bik. Kien hemm mumenti iebsin u ta’ qtiegħ il-qalb u oħrajn ftit inqas, madanakollu b’determinazzjoni, ilħaqt mira oħra f’ħajtek.”

“Jien u t-tfal kburin bik u nħobbuk ħafna!”

Wieħed mit-tfal tagħha, Ryan Mark De Battista, ukoll feraħ lil ommu fuq Facebook. “Nixtieq nibda billi ngħid prosit KBIRA lil ommi l-għażiża talli gradwat b’diploma fil-ġurnaliżmu… Jien vera kburi bik.”

Simone, aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlek ta’ dan is-suċċess f’ħajtek. Nispera li tinsab kuntenta li rnexxielek tagħmel dan il-pass ’il quddiem f’ħajtek! Ħaqqek tiċċelebra waħda tajba issa, żgur.

Facebook/Ivan De Battista


Nicole Barbara