Kmieni lbieraħ tħabbret il-mewt ta' Michele Merlo, il-kantant Taljan li fl-2017 kien wasal fis-semi-finali tal-programm popolari Amici. Merlo marad bil-lukimja u sfortunatament ma rnexxilux jegħleb din il-marda ħarxa.

Hu magħruf għall-kanzunetta Tutto per me li kisbet suċċess kbir fuq Spotify fl-Italja. Il-kantant lokali Malti Kurt Cassar ukoll sellem il-memorja ta' Merlo f'post li kiteb fuq Instagram, "Strieħ fil-paċi Michele Merlo. L-aħħar konverżazzjoni li kellna xi xhur ilu għidtli, "Mhux ħa naqta' qalbi..." Emmint li kont se tagħmilha wkoll. Xejn ma jwaqqafni milli naħseb li l-Ħajja hija kiefra fi ġranet bħal dawn. Int 28, raġel kbir b'talenti u tant mużika biex tagħti lid-dinja iżda issa tinsab fis-smewwiet... Ma ħaqqekx dan iżda min jista' jifhem il-pjanijiet ta' Alla?!"

Kurt ikompli jgħid, "Dejjem niftakrek bħal ħija, bl-uniformi ta' Amici tiegħek taqsam il-mużika tiegħek magħna. Nimmissjawk. Int kont l-iktar persuna umli li kont naf li ħareġ minn spettaklu daqshekk kbir. Int dejjem kont int innifsek u l-memorja sabiħa tiegħek se tibqa' tgħix. Iva issa nemmen li l-ħajja hija krudili għal nies tajbin."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt insellmu l-memorja ta' Michela Merlo.

Facebook / Kurt Cassar


Emil Calleja Bayliss