Fuq il-paġna tal-programm Replay intefa’ aġġornament dwar iċ-ċkejken Luca Maia, li sfortunatament kien qed isofri minn kanċer tat-tip neuroblastoma.

Fl-aħħar ġimgħat, Luca kien għaddej minn terapija ġewwa l-isptar Mater Dei u jidher li l-professjonisti mediċi rnexxielhom jeliminaw xi ċelloli tal-kanċer u anke jidher li t-tumur li żviluppalu Luca naqas fid-daqs tiegħu.

Issa Luca tela’ l-Ingilterra għall-pass li jmiss fil-ġlieda ta’ kontra l-kanċer.

Jalla kollox imur sew għal Luca u nixtiqulu l-fejqan ta’ malajr.


Henzley  Bezzina