Ippreparaw ruħkom għal lejla maġika mimlija mużika u nostalġija hekk kif XS Promotions jippreżentaw "The Celine Dion Tribute Concert" fis-26 ta' April fil-Hilton Conference Centre!

Din l-esperjenza unika se titwassal mill-kantanta rebbieħa ta' diversi premji, Lisa Harter, li b’mod straordinarju se tagħti ġieħ lill-ikona mużikali Celine Dion.

B’vuċi qawwija u preżenza karismatika, Lisa Harter se toffri spettaklu li jieħdok lura fil-memorji u l-emozzjonijiet tal-kanzunetti leġġendarji ta’ Celine Dion. Mill-kostumi awtentiċi sal-mossi perfetti tagħha fuq il-palk, din se tkun serata indimentikabbli għal kull min jattendi.

Vjaġġ mużikali mill-aqwa suċċessi ta’ Celine Dion, fosthom:

  • The Power of Love

  • My Heart Will Go On

  • I’m Alive

  • It’s All Coming Back to Me Now

  • U ħafna aktar!

Il-lejla se tkun qed tinkludi wkoll spettaklu għal qabel dan it-tribut minn artisti Maltin ta' talent kbir: li huma il-bravissimi Lisa Guaci u Franklin Calleja bis-sehem tal-La Voix Harmonies, il-kor magħruf tal-iskola La Voix StudiosSerata li żgur ma tridx titlifha!

Ixtri l-biljetti tiegħek issa minn ShowsHappening qabel ma jinbiegħu kollha!

"The Celine Dion Tribute Concert" – Serata mimlija emozzjoni, nostalġija, u l-maġija tal-mużika ta’ Celine Dion.


Gwida.mt