Għal min ma jafx min huma The Travel Couple, huma koppja li telqu kollox u qattgħu disa’ xhur sħaħ iduru l-Asja. Bħalissa jinsabu lura Malta. Iżda xorta għadna naraw diversi ritratti mill-isbaħ fuq il-midja soċjali tagħhom. X’inhuma jagħmlu mela?

Minkejja li jħobbu ħafna s-safar, jistqarru li Malta għandha post speċjali f’qalbhom. Din il-koppja ħelwa ddeċidiet li tibda ddur xi postijiet sbieħ li għandna f’Malta. Dawn li ġejjin huma wħud mill-postijiet meraviljużi li żaru! Huma postijiet perfetti biex tieħu xi ritratt jew tnejn!

1. Tas-Sliema

Veduta mill-isbaħ. Tħares lejn il-baħar u faċċata tara l-Belt Valletta!

2. Il-Belt Kapitali

Xelta vasta ta’ x’tista’ tara f’dan il-post! Minn postijiet storiċi sa veduti li ma tpinġihomx!

3. Popeye Village

Żaru wkoll il-vilaġġ fejn inħadem il-film Popeye fl-1980! Xi ġmiel hux!

4. Il-Mellieħa

Xejn mhu isbaħ milli tagħmel passejn fl-arja pura u l-kwiet tal-kampanja!

5. Buġibba

Mixja fuq il-front, waqt li tħares lejn il-baħar u d-dgħajjes.

6. Kemmuna

F’Malta għandna ħafna bajjiet sbieħ, iżda l-baħar ċar li hemm Kemmuna sabiħ wisq!

BONUS: Żaru wkoll id-Dolmen u L-Menħir!

Kemm hija xi ħaġa sabiħa li tapprezza l-ġmiel ta’ pajjiżek! Għalkemm Malta hija gżira ċkejkna, toffri ħafna veduti spettakolari u postijiet storiċi li jmorru lura lejn żmien il-Preistorja!

Instagram / @travel.love.couple


Yasmin Camilleri