Għal dawk kollha li jsegwu l-preżentatriċi Claire Agius Ordway fuq il-mezzi soċjali jafu l-bidla li għamlet f'dawn l-aħħar xhur, għal dawk li mhux familjari mal-mezzi soċjali tagħha u jarawha lil Claire fuq it-televiżjoni forsi l-bidla ma tkunx daqshekk ovvja mill-ewwel.

Illum fuq il-paġna ta' Instagram tagħha li wieħed jista' jara billi jafgħas HAWN, sabet il-kuraġġ itella' ritratt biex turi l-bidla li għamlet dan l-aħħar. Claire dejjem tenfasizza li din il-bidla fil-lifestyle tagħha kienet ta' sfida aktar mentalment milli fiżikament.

Fil-post tagħha fuq instagram hi tenfasizza li bdiet din il-bidla bi sfida wara li xi ħadd qallha li ġenetikament kienet magħmula hekk. Riedet turi li dan mhux minnu u l-bidla possibli li ssir. Claire dejjem tixħet dak li qed tagħmel biex tkun ta' spirazzjoni u timmotiva lil ħaddieħor fil-vjaġġ tiegħu!

Ritratt: Instagram / Claire Agius Ordway

Fil-post li xeħtet ħadet l-opportunità tirringrazzja lil personal trainer tagħha Coach Meachen u dawk kollha li titrenja magħhom Jonathan Seychell, Karl Bonello u The Pit Malta. Tirringrazzja wkoll lir-raġel tagħha li għena u ssaportjaha f'dak kollu li dejjem ħolmot li tagħmel!

Hi tgħid li wieħed għandu bżonn jemmen u jsib nies li jgħinuh jasal fejn jixtieq. Tisħaq li mhux waħda li għandha għalfejn tgħid lin-nies biex ikunu kuntenti bihom infushom imma tistqarr li jekk hemm xi ħaġa li tixtieq taħdem fuqha biex ma tħalli lil ħadd iwaqqfek!

Il-vjaġġ Claire tgħid li hu twil, iż-żmien jgħaddi xorti allura tista' tibda mil-lum. Importanti li tieħu gost tul il-vjaġġ! Messaġġ mill-aqwa li żgur mhux forsi jgħin lil oħrajn, ċertament li Claire kapaċi tkun ta' spirazzjoni għal irġiel u nisa oħra.

Facebook / Claire Agius Ordway


Emil Calleja Bayliss