Malta Public Transport talbet lin-nies li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, sabiex jagħtu l-ammont eżatt u mhux jiġu bżonn il-bqija meta jħalsu. In-nies li jaħdmu fis-settur tat-Trasport Pubbliku qed jieħdu miżuri sabiex jevitaw li jkompli jinxtered il-Covid-19.
“Il-klijenti li se jixtru l-biljett fuq tallinja huma ġentilment mitluba sabiex jiprovdu l-ammont eżatt. B’dan il-mod jiġi evitat il-kuntatt dirett tal-idejn għaliex is-sewwieqa ma jistgħu bl-ebda mod jagħtu l-bqija.”
Malta Public Transport infurmat li dan il-metodu mhux se jaffetwa lil dawk in-nies li jagħmlu użu minn Tallinja-card, jew dawk il-passiġġiera li jħalsu bil-quddiem. Il-kumpanija irringrazzjat lill-passiġġiera kollha tal-kooperazzjoni tagħhom.
Facebook / Tallinja