Anthea Zammit, iż-żeffiena u mudella lokali preparat filmat mill-isbaħ lil oħtha li joħodha lura numru ta' snin. Illum oħta Anthea, Adreana qed tiċċelebra għeluq sninha u minn oħta ħadet ħsieb li tippreparalha sorpriża ħelwa f'dan il-jum.

Anthea tibda l-messaġġ tagħha, "Meta nħarsu lura għal tant memorji, huwa assolutament inkredibbli kemm esperjenzajna flimkien! M’għandniex naqblu fuq kollox, nargumentaw xi kultant l-iktar għax aħna t-tnejn rasna iebsa u nirrabjaw meta ma niħdux il-parir ta’ xulxin! Imma t-tnejn nafu li aħna dejjem għandna l-aħjar interess ta' xulxin fil-qalb!"

Hi tkompli tgħidilha, "Naf issa iktar minn qatt qabel kemm tassew xortija tajba li jkolli lilek f'ħajti! Int l-anġlu kustodju tiegħi Adrie! Inti appoġġajtni u għentni nagħmel ħafna xogħol u nħoss bil-kliem ma nistax niddeskrivi kemm jien grata! Grazzi talli tħobbni l-mod li tħobbni int."

Anthea tkompli tgħidilha li hi tinsab kburija b'dak kollu li għamlet u tinsab ħerqana sabiex tara x'hemm lest għaliha fil-futur. Messaġġ tassew ħelu. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw l-isbaħ xewqat lil Adreana.

Facebook / Anthea Zammit


Emil Calleja Bayliss