Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom it-temp previst għal tmiem din il-ġimgħa, kif ukoll għall-ġimgħa d-dieħla.
Huma qalu, “Temp previst għal tmiem il-ġimgħa u l-bidu tad-dieħla. Il-Ġimgħa xemxi b'riħ forza 6 Majjistral. Is-Sibt il-biċċa l-kbira ftit imsaħħab b'riħ forza 5 Majjistral li jdur Punent Majjistru forza forza 5 għal forza 4 wara nofsinhar. Il-Ħadd ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kulltant b’xi ħalba xita iżolata. Riħ forza 5 Majjistral li jdur Punent Majjistru forza 5 għal 4 waranofsinhar.”
Żiedu, “It- Tnejn ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u bil-possibilita ta' xi xita fit-tard. Riħ lbiċ forza 4 li jdur Xlokk Ilvant filgħaxija. It-Tlieta bix-xita tul il-lejl li jsir imsaħħab u b’xi ħalba xita sa kmieni waranofsinhar li jsir ftit imsaħħab filgħaxija. Riħ Grigal Ilvant forza 5 li jinżel forza 4 Ilvant filgħaxija. L-Erbgħa ftit imsaħħab riħ forza 3 Ilbiċ li aktar tard idur Xlokk. Temperatura tvarja, l-għola 16°C u l- inqas 13 °C.”
Qalu wkoll, “Mill-Ħadd waranofsinhar sat-Tlieta waranofsinhar ser inkunu taħt l-influwenza ta' pressjoni baxxa fiċ-ċentru tal-Mediterran. L-aħħar li kellna xi ħaġa simili kien f’Novembru tal-2024. Din ferm inqas b’saħħitha bħala ammont ta' xita u fiha kurrenti qawwija mill-Grigal. Dan ser iżomm milli l-intensita tal-maltemp ikun fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran.”